Raġel anzjan jinsab f’qaghda kritika wara li lbierah bil-lejl intilef minn sensih fil-dar tiegħu stess.
Il-każ seħħ għall-habta tal-11pm, f’residenza fi Triq Santa Marija, f’Ħad-Dingli.
Il-Pulizija mid-Distrett tar-Rabat marru fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien hemm raġel mixħut fl-indana tat-taraġ. Ħdejn l-anzjan kien hemm il-mara tiegħu illi kienet l-ewwel waħda li assistietu.
Ir-raġel li għandu 78 sena ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi serji u jinsab f’qagħda kritika.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni.