L-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, assistita minn membri tal-Law Enforcement Section tad-Dwana, waqqfu vettura li kienet għadha kif waslet Malta mill-Italja fuq suspett li seta’ kien hemm fiha ammont sostanzjali ta’ droga moħbija.
L-arrest sar wara ġimgħat ta’ ħidma intensiva. Minn tiftix li sar abbord il-vettura, instabu 15-il kilogramma ta’ sustanza bajda, allegatament droga kokaina.
Il-Pulizija qed iżżomm żewġt irġiel, ta’ 66 sena minn Ħal Qormi u ta’ 23 sena minn Għajnsielem Għawdex rispettivament, biex jgħinu fl-investigazzjoni.
Il-Maġistrat tal-għassa Neville Camilleri kien infurmat bis-sejba.
Sadanittant, ilbieraħ waranofsinhar, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestaw Somalu ta’ 29 sena f’Paceville wara li kien osservat jipprova jittraffika l-pjanta kannabis u raża tal-istess pjanta lil terzi persuni.
Il-Pulizija ma teskludix li fis-sigħat li ġejjin tressaq aktar persuni quddiem il-Qorti b’rabta ma’ dawn iż-żewġ każi.
//= $special ?>