Ħadd ma weġġa’ f’inċident li seħħ kmieni waranofsinhar fix-Xemxija meta dgħajsa tal-qlugħ spiċċat ħabtet mal-blat kawża tal-baħar imqalleb fil-Bajja tal-Fekruna.
Jirriżulta li l-mewġ qata’ l-ħabel tad-dgħajsa “Nina Mia”, li min-naħa tagħha ħarġet miż-żona fejn kienet irmiġġata u telqet għal rasha qabel ma weħlet fil-blat.
L-impatt għamel ħsara qawwija li d-dgħajsa, li bdiet tegħreq immedjatament.
Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta waslu fil-post wara rapporti minn xi persuni li raw il-każ seħħ. Fortunatament, tfittxija kkonfermat li ma kien hemm ħadd abbord.
//= $special ?>