Illum għall-ħabta tas-7am, il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali Triq is-Salina, limiti tan-Naxxar.
Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Kia Ceed misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura tat-tip Suzuki Samurai misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti San Ġwann.
Iż-żewġ xufiera ttieħdu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard ir-raġel ta’ 32 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li r-raġel ta’ 26 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>