Il-UĦM Voice of the Workers irtirat l-azzjonijiet industrijali kontra d-Dipartiment tas-Saħħa wara li l-Gvern u l-Union laħqu ftehim dwar il-Podjatristi li jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Stqarrija tal-Gvern qalet li fost affarijiet oħrajn, intlaħaq qbil bejn iż-żewġ naħat, fejn fil-jiem li ġejjin numru ta’ ‘Allied Assistants’ se jiġu ngaġġati biex jgħinu lill-Podjatristi fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Wara laqgħat bejn iż-żewġ naħat, id-Dipartiment tas-Saħħa u l-UĦM Voice of the Workers qablu dwar l-implimentazzjoni tar-Riforma fil-mod ta’ kif titmexxa l-Klinika tal-Podjatrija fil-Kura Primarja.
//= $special ?>