Il-ġenn wara l-logħba ta’ Pokemon Go jidher li waslet saħansitra fil-Kmamar tan-Nar. Dan l-istazzjon zar il-kamra tan-nar ta’ san bartilmew f’Ħal Għargħur fejn bħalissa għaddejjin l-aħħar tħejjijiet għall-ħarqa piroteknika ta’ tmiem il-ġimgħa fl-okkażjoni tal-festa.
Murtali miżbugħa kull kulur, b’temi sportivi u oħrajn. Festa li fost oħrajn se jkun spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika, murtali tradizzjonali wkoll spettaklu ta’ nar tal-art.
Din is-sena l-kamra tan-nar se tipprova tikser rekord lokali b’set ta’ murtali tal-beraq, li jibda minn fetħa waħda u jibqa’ tiela’ sa tnax-il fetħa u bomba.
Il-Festa ta’ San Bert hi waħda li tibda tindika li beda riesaq fi tmiemu s-sajf u għalhekk l-istaġun tal-festi.
//= $special ?>