Lokali

IT-TERREMOT FL-ITALJA: L-ebda rapporti ta’ Maltin midruba

Sa issa ma kien hemm l-ebda rapporti tal-Maltin milquta mit-terremot fl-Italja. Dan kien konfermat permezz ta’ stqarrija maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

L-ambaxxata f’Ruma tinsab ukoll f’kuntatt ma’ familji Maltin li jgħixu f’din iz-zona tal-Italja sabiex tistabbilixxi jekk hemmx bżonn assistenza. Qed jiżamm kuntatt anke mal-awtoritajiet Taljani sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx Maltin li jeħtieġu għajnuna.