Tinstab it-tfajla Serba wara li intilef il-kuntatt minn magħha waqt li kienet f’Malta. It-tfajla jisimha Jovana, għandha 24 sena, u l-kuntatt magħha kien intilef mill-Ħamis 25 t’Awwissu – iżda fortunatament ma damitx ma nstabet mill-qraba u l-ħbieb tagħhom.
L-aħħar kuntatt li sar ma’ Jovana kien mal-ħbieb tagħha. Mal-appell għat-tfittxija tat-tfajla Serba, ir-ritratt wera x’kienet liebsa eżatt l-aħħar li dehret – flokk abjad iddisinjat u shorts ta’ lewn blu. It-tfajla Serba taf titkellem bl-Ingliż.
Meta netnews.com.mt ikkuntattja lill-Pulizija dwar in-nuqqas ta’ din it-tfajla, il-Pulizija ma segħtawx jikkonfermaw li t-tfajla hi mitlufa.
//= $special ?>