Illejla tiġi fi tmiema l-Festival tal-għeneb fis-Siġġiewi, Festival li jattira ħafna nies kemm mill-istess lokalita’ kif ukoll minn barra s-Siġġiewi.
Dan il-festival huwa magħruf ħafna man-nies għall-isfida tradizzjonali Maltija il-Kukkanja. Sfida li fiha l-parteċipanti jridu jitilgħu ma’ arblu mdawwar bix-xbieki u xaħam bit-tama li jirnexxielhom jaqbdu xi regali li jkunu mwaħlin mal-istess arblu.
Kompetizzjoni oħra li issa ġiet tradizzjoni għal dan il-festival hija l-kompetizzjoni tal-inbejjed, fejn għassara kemm mis-Siġġiewi kif ukoll minn lokalitajiet oħra, jikkompetu bl-inbid li jipproduċu huma.
Il-festival kien imżewwaq ukoll b’mużika minn artisti differenti, u kull min mar seta’ jgawdi wkoll minn stands varji b’ikel tradizzjonali Malti, u artiġjanat.
//= $special ?>