Mara ta’ 44 sena minn Ħaż-Żabbar sofriet feriti gravi, filwaqt li żagħżugħ ta’ 28 sena minn Ħaż-Żabbar ukoll sofra feriti ħfief wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu f’Raħal Ġdid.
Il-każ aseħħ għall-ħabta tas-7.15am fi Triq Ħal Luqa, fejn iż-żagħżugħ kien qed isuq il-vettura tiegħu tat-tip Nissan Sunny. Madankollu, għal xi raġuni, hu tilef il-kontroll tal-vettura u kawża ta’ dan baqa’ dieħel f’siġra.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li taw l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħ u lill-mara, li kienet passiġġiera fil-vettura. Huma ttieħdu l-Isptar għal aktar kura.
Hemm, iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti ħfief, filwaqt li l-mara qed issofri minn feriti gravi, iżda fortunatament mhux fil-periklu li titlef ħajjitha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>