Raġel minn San Pawl il-Baħar spiċċa ferut gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ kmieni dalgħodu fi Triq Burmarrad, ftit qabel l-4am.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fil-post fejn sabu vettura tat-tip Toyota Lancruiser li kienet maħbuta f’ħajt.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vettura kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar meta għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll, ħabat ma’ vettura oħra li kienet ipparkjata u wara spiċċa ħabat ma’ ħajt.
Is-sewwieq li għandu 44 sena ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isfori minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>