Wara diversi ġimgħat, l-iskuna “Angela Arcella” ttellgħet fil-wiċċ wara li kienet għerqet f’inċident li seħħ fid-9 ta’ Awwissu li għadda.
Fil-fatt, il-ħidma biex l-iskuna tittella’ fil-wiċċ bdiet mill-għada tal-inċident. Fi stqarrija, il-kumpanija Cassar Ship Repair qalet li wara li assessjaw il-ħsarat li ġarrbet l-iskuna, il-ħaddiema tal-kumpanija qassmu l-ħidma fuq diversi fażijiet.
Fl-ewwel fażi, huma ħadu ħsieb li jgħollu l-iskuna ‘l fuq f’pożizzjoni orizzontali ħalli setgħu jibdew it-testijiet ta’ spezzjoni. Bl-identifikazzjoni tal-ħsarat, il-ħaddiema bdew ix-xogħol biex dawn jissewwew ħalli l-iskuna tkun tista’ tiġi rkuprata.
Il-kumpanija spjegat li waqt il-proċess kollu, tim apposta ħa ħsieb li ma jinxteridx xi żjut jew materjal ieħor fil-baħar.
Agħfas hawn biex tara filmat bil-ħidma li saret.
//= $special ?>