Il-Pulizija fl-Italja arrestaw lil persuna li kien għadu kif wasal f’Pozzallo, minn Malta, b’madwar 10 kilogrammi ta’ droga moħbija fil-bagalji tiegħu.
Jirriżulta li d-droga hi Khat, magħrufa wkoll bħala d-droga tal-foqra għaliex hi rħisa u tiġi minn pjanta li m’għandiex bżonn tiġi pproċessata. Fil-fatt, biex wieħed jieħu le-ffetti tad-droga kull ma għandu jagħmel hu li jomgħod il-weraq tagħha.
Dan hu t-tieni każ f’għaxart’ijiem, minn meta kien arrestat Somalu li wasal fi Sqallija b’35 kilogramma tal-istess droga.
//= $special ?>