Fl-aħħar sigħat l-awtoritajiet ħarġu katavru ieħor minn qalb it-tifrik, bin-numru konfermat tal-vittmi issa jitla’ għal 293.
F’Amatrice, għad hemm sitt persuni illi, skont l-informazzjoni li għandhom l-awtoritajiet, għadhom taħt it-tifrik tal-lukanda ‘Roma’.
Ilbieraħ fl-istess villaġġ saru l-funerali tal-vittmi. Preżenti kien hemm fost l-oħrajn il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi. Wara ċ-ċerimonja, is-Sindku ta’ Amatrice sostna illi l-poplu se jibqa’ magħqud għal dan ir-raħal. “Mitna hawn, u se nibqgħu hawn”, stqarr imbikkem Sergio Pirozzi.
Id-dokumentarju INFERNO se jixxandar għada fuq Net TV fit-8:30pm.
//= $special ?>