Tissokkta t-tensjoni fiċ-ċentru tal-Italja hekk kif kmieni dalgħodu, ftit qabel is-6am, theżżiża oħra laqtet il-villaġġ ta’ Amatrice u li kejjlet 3.6 fuq l-Iskala Richter. Din kienet it-tielet theżżiża fl-aħħar 10 sigħat. Bil-lejl, ftit qabel nofs il-lejl, inħasset theżżiża viċin Norcia u nofs siegħa wara, theżżiża oħra qrib Arquata.
Sa issa ma jidhirx li kien hemm aktar bini li ġġarraf kawża ta’ dawn it-theżżiżiet.
Illum sar magħruf ukoll illi f’Arquata dalgħodu se jibdew lezzjonijiet għat-tfal, bil-għan li l-ħajja tirritorna għan-normal kemm jista’ jkun malajr.
Net TV illejla se jkun qed ixandar id-dokumentarju INFERNO b’filmati miz-zoni milquta mit-terremot, kif ukoll, rappurtaġġ tal-ħidma ta’ SOS Malta fl-Italja. Id-dokumentarju jibda fit-8:30pm.
//= $special ?>