Lokali

Filmat: Joħroġ ibattal kaxxa żibel f’kantuniera fil-Belt Valletta

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta rnexxielu jikxef anzjan li kien qed iħammeġ. Dan jidher f’kameras tas-sigurtà joħroġ iż-żibel f’kaxxa tal-akrtun, u jbattal dak kollu li kellu fiha fuq munzell żibel ieħor.

Hu nqabad grazzi għall-ħidma ta’ infurzar li qed issir mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta bl-għan li tiġi eliminata l-problema ta’ ksur ta’ liġi f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi tal-iskart b’mod irregolari. Il-multi għal din l-offiża fil-belt Valletta jitilgħu sa €5,823.43.

Għallinqas il-kaxxa tal-kartun ħadha lura miegħu … min jaf, forsi jerġa’ jiġi bżonnha biex joħroġ ftit iktar skart fit-triq. Hu ġie rappurtat lill-Pulizija, li rċivew ukoll il-provi ta’ dan il-ksur tal-liġi.