Lokali

Il-partitarji Skoċċiżi f’Malta – se jagħtu kważi €6,500 f’donazzjonijiet għall-karità

Hekk kif il-Ħadd li ġej Malta tospita lill-Iskozja, għal logħba internazzjonali fil-grawnd Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, fl-aħħar sigħat bdew jaslu f’pajjiżna numru ta’ partitarji Skoċċiżi propju biex jassistu għal din il-logħba.

Iżda jekk fil-passat partitarji barranin ħallew isem ħażin għal pajjiżhom, xi drabi b’inċidenti, vandaliżmu jew arresti, mhux l-istess jista’ jingħad għall-Iskoċċiżi, li mistennija jagħtu b’eluf ta’ ewro f’donazzjonijiet.

Dan is-sit fil-fatt hu nfurmat li l-grupp ta’ partitarji Skoċċiżi magħrufa bħala t-Tartan Army Sunshine Appeal, se jqassmu kważi €6,000 lil Puttinu Cares, kif ukoll donazzjoni oħra li mistennija titħabbar fil-jiem li ġejjin.

Din l-organizzazzjoni bdiet fl-1999, u f’pajjiżna se jkunu qed jiċċelebraw is-60 għotja karitattiva fl-istorja tagħhom.