Lokali

Magħrufa l-kanzunetti kollha għall-Finali tal-KKI

Ikompli għaddej ġmielu, minn fażi għall-oħra, il-Konkors Kanzunetta Indipendenza, li din is-sena se jsir it-Tnejn, 19 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana.

Hekk kif qed noqorbu lejn il-Finali, ġie stabbilit li Aidan Cassar sab ruħu mal-Kantanti Stabbiliti bil-kanzunetta tiegħu “Speċjali”. Hu kien qed jikkompeti ma’ żewġ kantanti oħrajn biex kanzunetta minnhom tingħaqad mal-20 finalista li diġà kien hemm f’din il-kategorija.

Min-naħa l-oħra, ġew stabbiliti wkoll it-tliet finalisti mill-kategorija tat-Talent Ġdid, li se jkunu qed jipparteċipaw fil-Finali tad-19 ta’ Settembru. Dawn huma (mhux fl-ordni li ġew) Josuel Grech bil-kanzunetta “Ritmu”, Roberta Sacco bil-kanzunetta “Sebħ Ġdid” u Shaun Zaffarese bil-kanzunetta “Vittorja”.

Agħfas hawn biex tara l-lista finali tal-kantanti li se jipparteċipaw fuq il-Fosos.