Ambjent Lokali

Aktar minn tunnellata skart miġbura f’attivita’ organizzata mill-Westin Dragonara Resort

Aktar minn tunnellata skart inġabret mill-baħar f’attività organizzata mil-lukanda Westin Dragonara Resort f’San Ġiljan.

It-tindifa mill-voluntiera u anki minn membri tal-pubbliku hi parti mill-proġett mifrux fuq perjodu ta’ sena, maħsub biex jipproteġi l-bajjiet ċertifikati bil-bandiera blu fiż-żona tal-lukanda u l-madwar.

L-iskart li nġabar kien jinkludi biċċiet ta’ sigaretti, flixken tal-plastik, boroż tal-ikel, tappijiet tal-plastik u stros. Skart ieħor li mhux daqshekk komuni kien jinkludi ċumnija, par żarbun u biċċa minn statwa ornamentali.

F’din l-attività li ssir kull sena, il-ħaddiema tal-Westin li vvolontarjaw biex jingħaqdu ma’ oħrajn minn fost il-pubbliku, naddfu żona ikbar milli soltu titnaddaf.

Il-General Manager tal-lukanda, Michael Camilleri Kamsky, qal li huwa tassew ispirazzjoni għal kulħadd il-ġest ta’ dawn il-voluntiera, speċjalment meta wieħed iqis il-ħin li ħadu minn tagħhom biex jiddedikawh għall-indafa u s-sbuħija tal-bajja u l-inħawi.

14224707_10154791849329026_419761965714017702_n