Lokali

Evakwata ż-żona tal-ground tas-Siġġiewi wara li nstab “pakkett suspettuż”

Kienet evakwata ż-żona tal-ground tal-football tas-Siġġiewi wara sejba ta’ pakkett suspettuż.

Fil-post waslu immedjatament il-Pulizija u membri tal-Explosives Ordnance Disposal fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta. Fil-post waslu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Wara s-sejba tal-pakkett suspettuż, saret tfittxija wkoll fi Triq Wied il-Ħesri, fejn hemm ukoll numru ta’ uffiċini.

Jirriżulta li kienu n-nies li joqgħodu u jaħdmu fl-inħawi li nfurmaw lill-Pulizija bil-pakkett suspettuż, li kellu anke xi ‘wires’ u ‘batteries’ ħerġin minnu.

Madankollu, il-Pulizija kkonfermat li fortunatament fil-pakkett ma kienx hemm splussiv.