It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena tilef 3-2 kontra l-Belġju f’partita li spiċċat ftit tal-ħin ilu. Il-Belġjani kienu marru 2-0 minn fuq sal-ewwel 23 minuta b’gowls minn Youri Tielemans fit-3 minuta u Theo Bongonda fit 23 minuta.
Iżda t-tim ta’ Silvio Vella wettaq reazzjoni u wara li Jurgen Degabriele naqqas id-distakk fl-74 minuta, it-tim Malti ġab id-draw fl-84 minuta minn awto-gowl ta’ Michael Heylen. Iżda Bjorn Engels skurja l-gowl rebbieħ għal Belġju fid-90 minuta.
Ritratt: Tonio Magro
//= $special ?>