Internazzjonali

Ikompli jonqos it-theżżiż fiċ-ċentru tal-Italja

epa05513947 Members of the Italian Fire Brigades help an elderly local woman during evacuation of the earthquake-stricken town of Amatrice, Lazio region, five days after the devastating eathquake that hit central Italy, 29 August 2016. The latest provisional death toll from the 24 August earthquake is 290. EPA/MASSIMO PERCOSSI

L-awtoritajiet tar-reġjuni fiċ-ċentru tal-Italja ma rrappurtaw l-ebda theżżiż sekondarji ġodda matul il-lejl tal-Ħamis u l-Ġimgħa. Dan meta l-attenzjoni, issa, qed tikkonċentra fuq proġetti għall-bini mill-ġdid tal-inħawi straxxnati mit-terremot qattiel tal-24 ta’ Awwissu li rreġistra 6.2 fuq l-Iskala Richter.
Il-fatt li ma laqtux l-aftershocks hu l-ewwel każ fejn iz-zoni ma triegħdux bħala parti minn proċess naturali konsistenti, mindu, il-ġimgħa l-oħra, seħħ it-terremot kbir li qered numru ta’ bliet u villaġġi qalb il-muntanji, b’mod partikulari l-belt ta’ Amatrice.
Kienu rreġistrati almenu 3,900 theżżiża sekondarja mill-24 ta’ Awwissu ’l hawn, bl-awtoritajiet jikkonfermaw li mietu, almenu, 293 persuna fl-inħawi li ġarrbu l-akbar impatt tat-terremot.