Kultura

Il-Festival Internazzjonali tat-Teatru

Bejn it-8 u l-11 ta’ Settembru se jsir mill-ġdid il-Festival Internazzjonali tat-Teatru, li issa daħal fit-tieni edizzjoni tiegħu. Alan Fenech, ko-ordinatur tal-Festival, jagħti dettalji dwar din l-inizzjattiva.

Il-produzzjonijiet se jsiru bejn id-9 u l-11 ta’ Settembru fil-Forti Sant’Anġlu. Minbarra dawn, fid-Drama Centre tal-Pieta ikun hemm numru ta’ workshops mid-Diretturi differenti. Dawn il-workshops huma miftuħa għall-pubbliku u jibdew mit-8 ta’ Settembru.

Il-Mira ta’ dan il-festival hu li tinħoloq opportunità lill-Maltin biex juru l-kapaċitajiet tagħhom u jkollhom iċ-ċans jaħdmu ma’ professjonisti internazzjonali tat-teatru.

Dawk interessati li jattendu għall- Festival Internazzjonali tat-Teatru jista’ jżur is-sit mitfestival.com fejn isib l-informazzjoni kollha u wkoll jaqta’ l-biljetti.