Fl-aħħar jumejn, fil-Qorti ġew deċiżi 14-il Rikors ieħor mit-92 li ressaq il-Partit Nazzjonalista kontra barranin li ngħataw id-dritt tal-vot b’mod suspettuż.
Filwaqt li lbieraħ intlaqgħu ħames rikorsi, illum intlaqgħu disgħa oħra u wieħed ġie differit. S’issa nstemgħu 63 Rikors, b’ħamsa biss minnhom li ġew miċħuda.
Li dawn il-persuni ma jgħixux Malta qed ikompli joħroġ fil-Qorti, hekk kif anke f’dawn l-aħħar 15-il Rikors, ħadd mill-barranin li ngħataw id-dritt għall-vot ma tfaċċa fil-Qorti.
Li dawn ma joqgħodux Malta, qed joħroġ ukoll mix-xhieda li qed tingħata fil-Qorti. Fil-fatt, il-Qorti qed tiddeċidi li ladarba l-persuni m’humiex residenti Malta, għandhom jitneħħew minn fuq ir-Reġistru Elettorali.
Fl-aħħar ġimgħat, il-Partit Nazzjonalista beda riċerka biex jassigura li ma jkunx hemm abbuzi bir-Reġistru Elettorali. Kien grazzi għal din ir-riċerka, li nstabu l-persuni li ngħataw dritt għall-vot b’mod suspettuż.
Ir-Rikorsi mistennija jkomplu jinstemgħu fil-jiem li ġejjin: fis-6 u fl-14 tax-xahar.
//= $special ?>