Internazzjonali

Jirtiraw s-smartphone Galaxy Note 7 minħabba batteriji difettużi

Is-Samsung Electronics qed tirtira l-mudell tas-smartphone Galaxy Note 7 miċ-ċirkolazzjoni, minħabba ‘problemi bil-batterji’ wara li dawn kienu l-kaġun wara l-‘isplużjonijiet’ fihom.
Id-deċiżjoni ttieħdet wara rapporti fil-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti dwar ‘smartphones li qed jisplodu jew jieħdu n-nar’ matul jew wara l-proċess taċ-charging.

Skont is-Samsung, is-smartphone Galaxy Note 7, s’issa, kien introdott f’għaxar pajjiżi, u kumpaniji diversi jissupplixxu l-batteriji.