Lokali

Kaċċaturi jgħaddu ferħ ta’ fjamingu magħdur lill-Pulizija

Fl-aħħar sigħat f’pajjiżna niżel fjamingu (flamingo) ta’ lewn abjad. Il-kulur tiegħu jirriżulta għaliex jidher li dan għadu żgħir fl-eta u r-rix tiegħu ma bediex jieħu l-lewn ħamrani tas-soltu.

Jidher li dan il-fjamingu, li ntlemaħ minn xi kaċċaturi fix-Xwejni, Għawdex, kien magħdur aktarx minħabba l-vjaġġ li kellu sabiex wasal f’pajjiżna. Kien għalhekk li l-istess kaċċatur li lemħu, ġabru u għaddieh lill-Pulizija biex l-awtoritajiet jieġdu l-azzjoni neċessarju bit-tama li jirkupra.

Ritratt: Birds in the Maltese Islands