It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kien biss sekondi ‘il bogħod milli jikseb draw prestiġjuż kontra l-Belġju fl-ewwel logħba mfir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew li sena oħra se jsir fil-Polonja. Il-Belġjani skurjaw tnejn imma Malta kisbu d-draw lejn it-tmiem u proprju fl-aħħar sekondi l-avversarji tagħna skurjaw il-gowl deċiżiv
Wieħed ma jistax ma jfaħħarx il-wirja kollettiva u qalbiena tat-tim Malti li offra sfida mill-aqwa lit-tim Belġjan li hu kompost minn diversi stilel li jilagħbu ma’ uħud mill-aqwa klabbs fl-Ewropa.
Il-Belġju għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u wara biss żewġ minuti logħob huma rebħu penalty meta Matthew Guillaumier waqqa’ lil Charles Musonda fil-kaxxa.
Mill-11 -il metru nkariga ruħu Youri TIELEMANS li ma żbaljax.
Il-Belġjani rduppjaw l-iskor fl-24 minuta meta Senna Miangue għadda tajjeb lejn Theo ofeko BONGONDA li permezz ta’ xutt preċiż minn ġol-kaxxa tefa’ l-ballun wara Jurgen Borg.
Il-Belġajni komplew jippressaw u erba’ minuti biss wara, xutt angulat mill-viċin ta’ Schrijvers ġie milqugħ b’diffikultà minn Jurgen Borg.
Kien biss fis-37 minuta li Malta ħolqot l-ewwel periklu meta Cain Attard xeħet cross preċiż mil-lemin lejn is-sostitut Jake Grech li ttanta xortih permezz ta’ xutt mill-ewwel fil-baxx, iżda l-ballun spiċċa f’idejn il-gowlkiper Belġjan, Davy Roef.
Fl-74 minuta, Malta naqqset ilid-distakk meta l-attakkant ta’ Hibs Jurgen DEGABRIELE approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża Belġjana, avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel xeħet il-ballun wara Davy Roef, b’ xutt fil-baxx.
Sitt minuti mit-tmiem Jake Grech indirizza cross fil-baxx, id-difensur Belġjan Michael Heylen, fit-tentattiv li jikklerja l-ballun, tefa’ fil-lasta tiegħu stess għal skor ta’ 2-2 imma
l-Belġju kisbu rebħa drammatika meta minn corner ta’ Youri Tielemans, għola tajjeb Bjorn ENGELS li permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ fix-xibka.
Ritratt – Christine Borg
//= $special ?>