Tħabbret il-mewt tal-President tal-Użbekistan, Islam Karimov bl-aħbar toħroġ l-ewwel mill-Gvern Tork.
Karimov, li kellu 78 sena, kien ittieħed l-isptar il-ġimgħa l-oħra, wara li sofra emoraġija fil-moħħ. I
L-ispekulazzjoni dwar ‘il-mewt ta’ Karimov’ kienet qed tiċċirkola anki qabel l-istqarrija ta’ Yildirim. Dan waqt li, ilbieraħ, numru ta’ sorsi diplomatiċi li ma ssemmewx ukoll ‘ikkonfermaw’ il-mewt ta’ Karimov – b’websajt tal-Oppożizzjoni Użbeka tirrapporta ‘it-tħejjijiet għall-funeral tal-President fl-inħawi ta’ Samarkand’.
Miet il-President tal-Użbekistan
