Dalgħodu żviluppa nar f’garaxx kummerċjali fi Triq San Pawl tal-Qliegħa fil-Mosta.
Jirriżulta li n-nar kien ikkawżat minn ‘main’ tad-dawl li hemm fil-garaxx stess, li hu propjetà ta’ kumpanija li tissuplixxi d-‘dinghies’.
Minn informazzjoni li NETnews.com.mt kiseb mill-post, jirriżulta li kien sid il-garaxx li nduna bin-nar, hekk kif dalgħodu mar biex jiftaħ il-garaxx u sab daħna qawwija.
Ħadd ma’ weġġa’ fl-inċident.
//= $special ?>