Minħabba d-direttivi illi ordnat l-MUMN, dan is-sit huwa infurmat illi fl-aħħar sigħat il-Gvern daħħal numru ta’ carers, inkluż barranin, sabiex jimla l-vojt li qed jinħoloq fis-swali ta’ San Vincenz de Paul.
Jidher illi fost dawn il-ħaddiema barranin illi iddaħħlu jaħdmu San Vincenz hemm uħud illi lanqas biss jafu jitkellmu bl-Ingliż. Dan ifisser li lanqas ikunu jistgħu jikkomunikaw sew mal-anzjani rikoverati f’San Vincenz.
Is-sorsi tagħna qalulna li uħud mill-anzjani spiċċaw bidlulhom fis-2am. Dan għaliex il-barranin bdew iduru lill-pazjenti li ma sarux mill-istaff minħabba d-direttivi. Iżda fil-verita’, dan wassal biex pazjenti li kienu diġa’ ħasluhom u bidlulhom il-harqa, qajmuhom f’nofs tal-lejl minħabba d-dwal u l-ħsejjes li bdew jagħmlu dawn il-barranin.
NETnews.com.mt huwa nfurmat ukoll illi l-lejl li għadda ġabu wkoll carers mill-polikliniċi u minn Monte Karmeli sabiex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni, li qed ikollha effett ħażin fuq l-anzjani f’din ir-Residenza.
Intant, apparti d-direttiva tal-MUMN hemm ukoll direttivi oħra mill-UĦM u l-GWU, inkluż għan-nursing aides, health assistants, u l-carers tal-post.
//= $special ?>