Wara li ħadu sehem fil Festival Internazzjonali “Malta International Singer’s Festival-Euro Stars” imtella minn Martin u Catherine DeGabriele ġew mgħażula biex jikkompetu f’żewġ festivals Internazzjonali fil-Bulgarija u r-Rumanija.
Dawn kienu WE-XXI Century ġewwa Sunny Beach il-Bulgarija mtella’ minn Snezana Polihronova mill- 21 sa 28 t’Awwissu 2016.
Hannah Mifsud ta’ 10 ġiet it-tielet bil-kanzunetti Flashlight u If only filwaqt li Jasmine Vassallo ta’ ħdax-il sena ġiet fit-tielet post bid- diski Medley up town funk/Proud Mary u Girl on fire.
Mariah Baldacchino ta’ 12-il sena ġiet it-tieni post bil-kanzunetti Hit the road Jack u Skinny Love
Fil-Kategoriji tal-eta’ tagħhom Jasmine Vassallo ġiet mistiedna ġo festival ġewwa Bucharest f’Novembru li ġej.
Il-Festival Volare ġewwa Piatra Neamt, Rumanija mtella’ mill-familja Stoian mill-24 sa 28 t’Awwissu 2016 Hannah Mifsud ta’ għaxar snin ġiet fit-tieni post bid-diska Flashlight filwaqt li Jasmine Vassallo ħdax-il sena ġiet it-tieni post bil- medley Up town funk/Proud Mary. Mariah Baldacchino ta’ tnax-il sena ġiet fl-ewwel post filmkien maż-żeffiena tagħha Hannah Mifsud u Jasmine Vassallo bid-diska Hit the road Jack.
Id-direttur ta’ Stardust Promotions jixtieq jirringrazzja lill-organizatturi tal-festival, lill-kantanti u l-għalliema tagħhom. Qal li dawn il-festivals prestiġjuzi kien opportunità għat-talent Malti biex jiksbu esperjenza ġdida fil-karriera tagħhom lil’hinn minn xtutna.
//= $special ?>