L-airshow 2016 se tkun avveniment partikolari, hekk kif għall-ewwel darba se tkun qed tattira ajruplani li qatt ma deheru fl-airshows ta’ Malta ta’ snin preċedenti.
Fl-aħħar siegħat tħabbret attrazzjoni partikolari, ajruplani tal-qawwiet tal-ajru tal-Ukrajna. Għall-ewwel darba se jkun qed jipparteċipa Su-27 mill-Ukrajna. Miegħu dan l-ajruplan se jkun qed jiġi wkoll ajruplan tat-tip Ilyushin Il-76. Is-Sukhoi Su-27 minbarra li se jkun parti mill-wirja statika, se jkun ukoll qed joffri spettaklu fl-ajru fl-inħawi ta’ Smart City.
Din is-sena wkoll il-Malta International Airshow attirat ajruplani tal-qawwa tal-ajru Pollakka. Se jkun hemm it-tim aerobatiku Iskry kif ukoll se jkun hemm il-parteċipazzjoni ta’ żewġ Sukhoi Su-22.
Tim ieħor li iżda diġa rajnieh f’pajjiżna hu t-tim aerobatiku Pioneer, tim Taljan li diġa konna rajnieh itir fuq il-gżejjer Maltin.
Se jipparteċipaw ukoll ajruplani Ingliżi li se jkunu parti mill-wirja statika.
//= $special ?>