Bħalissa fuq Net Television għaddejja l-Maratona tal-Moviment Missjunarju ‘Ġesu fil-Proxxmu’.
Il-maratona ġbir ta’ fondi se tkompli tiffininanzja l-bini tal-ewwel skola sekondarja għat-tfal b’diżabbilita’. B’hekk din l-iskola se tkun raġġ ta’ tama’ u se toffri opportunita’ lil tfal b’diżabbilita’ sabiex ikunu jistgħu jibqgħu jistudjaw.
L-iskop tal-maratona ‘Ġesu fil-Proxxmu’ hu sabiex tgħin lil min hu fil-bżonn – partikolarment lill-lebbrużi u tfal abbandunati.
Netnews.com.mt tkellem ma Dun Ġorġ Grima, l-organizzatur tal-maratona u li hu missjunarju fl-Etijopja u l-Kenja, fejn stqarr magħna li: “Is-sbuħija tal-bniedem hi meta jħobb u jiftaħ qalbu għall-aktar batut”.
Din il-maratona ġbir ta’ fondi se tibqa’ għaddejja sal-11 tas-Sibt filgħaxija.
//= $special ?>