L-AFM tissokta b’ħidmiet ta’ salvataġġ fuq il-baħar

Il-Pulizija Taljana qed iżżomm żewġ persuni b’rabta ma traffikar ta’ persuni. Il-Persuni kienu parti minn grupp ta’ nies li kienu salvati mill-Forzi Armati Maltin. B’kollox kienu salvati 273 immigrant li telqu mill-Libja. Huma ġew salvati mill-Patrol Boat P61 fejn wara li salvat l-immigranti dawn ittieħdu lejn Katanja.

Iż-żewġ persuni, li allegatament kienu l-moħħ wara din l-operazzjoni illegali huma żewġ żgħażagħ ta’ 18-il sena – Mohammed Yombuono mill-Guinea u Barary Kanteh mill-Gambia.

L-operazzjoni illegali kienet imqassma fuq żewġ opri tal-baħar – b’dinghy ta’ 7 metri li abbord kellu 125 immigrant, u d-dgħajsa l-oħra b’148 immigrant abbord, b’kumpass biss jagħti d-direzzjoni lil min kien qed isuq id-dgħajjes.