L-industrija tal-fish-farms tat spjegazzjoni wara r-raġunijiet li wasslu biex fl-aħħar ġimgħat kien hemm rqajja kbar ta’ żejt f’wiċċ il-baħar; liema tniġġiż kien identifikat mill-Gvern bħala li hu riżultat tal-operazzjoni tal-ħfish farms.
Ir-reazzjoni tal-operaturi tal-fishfarms ingħatat f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Avukat John Refalo u minn tliet operaturi tal-fish farms waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Fil-pożizzjoni tiegħu l-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera akkuża lill-operaturi tal-fish-farms li kienu qed jiksru diversi regolamenti u li kienu huma responsabbli għat-tniġġiż u rqajja kbar ta’ żej tli kien hawn fil-baħar fl-aħħar ġimgħat.
L-ewwel enfażi tal-industirja tal-fish farms kien dwar il-kontribut li din l-inustrija qed tagħti għall-ekonomija fejn fl-2014 kien ikkontribwixxiet għal 1.35 fil-mija tal-prodott gross Domestiku; madwar €70 miljun għall-ekonomija Maltija. Fl-2015 u fl-2016 il-kontribut ta’ din l-industrija żdied tant li din illum tħaddem 1,000 persuna.
L-operaturi tal-fish farms qalu li hemm bżonn regolamentazzjoni ġdida għaliex bħalissa huma qed ikollhom imorru għand erba’ entitajiet differenti biex iġibu l-permessi meħtieġa. L-operaturi sostnew li Malta għandha l-inqas kwota tat-tonn fl-UE għalkemm żviluppat f’waħda mill-ikbar operaturi fil-Mediterran.
Is-sidien tal-fishfarms sostnew li huma jridu jibqgħu joperaw minn Malta iżda ma jablux li l-fishfarms kollha se jkunu rilokati fl-istess żona, sitt kilometri l’barra miż-Żonqor. Nhar it-Tnejn li ġej l-oerpaturi se jippreżentaw il-pjan tagħhom lill-Awtorita tal-Ippjanar. Huma esprimew preokupazzjoni li jista jkun hemm diffikultajiet jekk il-fish farms ikunu rilokati f’żona waħda u li jekk dan isir huma jkollohm bżonn iktar spazju.
Dwar l-akkużi li għamel fil-konfront tagħhom il-Ministru għall-Ambjent dwar it-tniġġiż, l-operaturi sostnew li waħda mir-raġunijiet kienet li inġiebu aringi differenti għall-alf tat-tonn. Irriżulta li dawn l-aringi kienu qed iħallu iktar żejt warajhom bil-konsegwenza li dan ħareġ ‘l barra mill-fish farms u kkaġuna rqajja kbar.
L-operaturi ammettew li dan kien żball li mhux se jiġi repetut u li ma kienx possibbli għalihom li jindunaw minn qabel. Huma esprimew dispjaċir għal dak li seħħ iżda sostnew li dawn l-irqajja m’humex ta’ detriment għas-saħħa tant li fihom tikber iktar il-ħajja fil-baħar.
L-operaturi sostnew li dan kien biss inċident minuri li seħħ bħall-inċidenti u l-impatti oħra li jikkaġunaw industriji oħra.
L-operaturi tal-fish-farms qalu li l-industrija tal-fish farms jeħtieġ tkun riformata mill-qigħ u tiddaħħal regolamentazzjzoni differenti biex din tkun tista’ tkompli tavvanza.
//= $special ?>