Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Martin, San Pawl il-Baħar.
Il-vittma tal-inċident hi mara Bulgara li għandha 44 sena u toqgħod San Pawl il-Baħar. Skont l-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-mara kienet qiegħda ssuq mutur elettriku meta għal xi raġuni waqgħet bil-konsegwenza li sofriet xi ġrieħi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu li titlef ħajjitha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>