Quddiem il-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-kontrolli tal-budget, it-Tnejn mistenni li jsir il-grilling ta’ Leo Brincat biex jinħatar bħala membru tal-Qorti Ewropea għall-Awdituri.
Is-sit elettroniku politico.eu semma kif din is-sessjoni se tkun waħda diffiċli għal Brincatb’mod partikolari għall-mod kif ma vvotax favur il-mozzjoni ta’ sfiduċja fil-ministru Konrad Mizzi li kien involut fl-iskandlu tal-Panama Papers.
Il-Membru Ewroparlamentari Igor Soltes li kien ukoll president tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri qal li Leo Brincat se jiffaċċja ħafna mistoqsijiet fost oħrajn dwar possibiltà ta’ kunflitt t’interess u problemi ta’ etika.
Dan hu t-tieni attentat mill-Gvern Malti biex ikollu kandidat membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Aktar kmieni din is-sena l-kumitat tal-Parlament Ewropew ma aċċettax in-nomina ta’ Toni Abela wara li ma weġibx b’mod sodisfaċenti b’mod partikolari minħabba l-każ ta’ droga f’każin tal-Partit Laburista.
Ma Leo Brincat, se jkun hemm ukoll żewġ kandidati oħrajn li se jkunu qed jiġu intervista għall-irwol tagħhom fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
//= $special ?>