Raġel sofra feriti wara argument u daqqiet b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija, raġel ferut iddaħħal ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana – fejn wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura b’ambulanza.
Skont investigazzjonijiet tal-Pulizija, jidher li r-raġel li huwa Sirjan u għandu 20 sena, residenti Ħal Qormi allegatament kellu argument ma’ raġel ieħor li wkoll huwa barrani u qala’ daqqa ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.
Jidher li l-inċident seħħ ġewwa ġnien fi Vjal ir-Re Dwardu VII, il-Floriana.
Aktar tard, r-raġel ġie ċċertifkat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha sabiex jiġi ntraċċat l-aggressur.
//= $special ?>