F’inċident li seħħ illum, mara sofriet ġrieħi gravi iżda ma tinstabx fil-periklu tal-mewt, wara inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema.
Kien għal ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar fejn seħħ impatt bejn żewġ vetturi fi Triq Depiro. L-impatt seħħ bejn karozza tal-għamla Peugeot misjuqa minn mara ta’ 49 sena residenti Tas-Sliema, u vettura oħra tal-għamla Nissan misjuqa minn raġel Taljan ta’ 37 sena residenti Tas-Sliema wkoll. Flimkien mas-sewwieq Taljan, kien hemm passiġġiera ta’ nazzjonalita Franċiża ta’ 22 sena.
Mal-ewwel fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuni involuti l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard il-Maltija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt, ir-raġel Taljan sofra ġrieħi ħfief, filwaqt li t-tfajla Franċiża ma sofrietx ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>