Diżappunt kbir f’Ta’ Qali għall-Maltin, hekk kif fl-ewwel logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018, Malta tilfet 5-1 kontra l-Iskozja.
Sal-ewwel taqsima, il-Maltin żammew l-iskor fi ‘draw’ ta’ 1-1 grazzi għal gowl ta’ Alfred Effiong quddiem folla ta’ 15,000 persuna. Iżda serje ta’ deċiżjonijiet kontroversjali mir-Referee u l-mod kif wasal il-gowl ta’ 2-1 ikkundizzjonaw il-logħba.
Sat-tmiem, spiċċaw tkeċċew żewġ payers Maltin: Jonathan Caruana u Luke Gambin.
Sadanittant, mill-istess grupp, l-Ingilterra għelbet lis-Slovakkja 1-0, b’gowl li wasal ħames minuti fuq il-ħin barrani, filwaqt li l-Litwanja u s-Slovenja spiċċaw fi ‘draw’ ta’ 2-2.
U f’partiti oħra, il-Ġermanja rebħet bi skor ta’ 3-0 kontra n-Norveġja, filwaqt li l-Polonja nżammet ‘draw’ kontra l-Kazakistan.
//= $special ?>