F’waħda mill-aħħar festi tal-istaġun – lejliet il-festa ta’ Santa Kanterina fiż-Żurrieq ‘sploda’ spettaklu li ċertament laqat l-għajn tal-Maltin kollha mill-angoli kollha tal-gżira.
Fil-programm pirotekniku partikolari li sebbaħ is-smewwiet eżattament lejliet il-festa, lbieraħ kien hemm stennija kbira għall-ballun b’diametru ta’ 38 pulzier u li jiżen xejn inqas minn 260 kilogramma. Ballun li kiser rekord nazzjonali.
Net News żar l-għaqda tan-nar waqt il-preparamenti għall-festa.
Il-proċess biex sar il-ballun ħa madwar sena sħiħa ta’ xogħol.
Il-ħarqa tas-Sibt bdiet għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħaxija u kien fiha taħlita ta’ xogħol pirotekniku li għamel l-ispettaklu wieħed mill-isbaħ.
Filmat grazzi lil: Net Crew, Andre Xuereb u Koala Media
//= $special ?>