Futbol Sport

Malta vs Skozja 1-5: Deċiżjonijiet arbitrali jikkundannaw lit-tim Malti

Quddiem stadium mimli partitarji, fl-ewwel logħoba uffiċjali ta’ Grupp F mill-Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018 f’Ta’Qali, it-tim nazzjonali Malti il-Ħadd filgħaxija tilef bl-iskor ta’ 5-1 kontra l-Iskozja.

Ir-riżultat finali qed jitqies bħala riżultat kiefer għat-tim Malti wara li sa tmiem l-ewwel taqsima it-tim Malti kien fl-aqwa tiegħu u saħansitra l-ewwel taqsima spiċċat fi draw ta’ 1-1, wara li Alfred Effiong ġab id-draw għal Malta fl-14-il minuta.

Iżda fit-tieni taqsima, deċiżjonijiet dubjużi għall-aħħar tar-referee tal-Partita waslu biex l-Iskoċċiżi skorjaw erba’ goals, fosthom minn Penalty ineżistenti u bit-tim Malti jispiċċa jilgħab b’9 plejers wara li tkeċċew Jonathan Caruana u Luke Gambin.

Issa t-tim Malti jmissu jilgħab kontra l-Ingilterra f’Wembley Stadium f’Ottubru li ġej.