Lokali

”Mhu whistleblower xejn” – Deborah Schembri

Għas-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri, il-persuna li kixfet l-iskandlu tat-tixħim fil-visas mediċi mhux whistleblower. Deborah Schembri qalet waqt il-programm Għandi xi Ngħid li xxandar ilbieraħ fuq l-istazzjon tar-radju nazzjonali.

Waqt dan il-progamm, kienet diskussa wkoll il-kontroversja dwar il-bini għoli, fejn kien hemm ukoll semmiegħa li stqarrew li kienu traduti mill-Partit Laburista, kemm fuq il-qerda tal-ambjent imma wkoll fuq livell ġenerali b’nuqqas ta’ onesta’ u trasparenza.

Matul il-programm, ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg, fakkret lil Deborah Schembri li l-gvern qed jagħmel azzjonijiet li jqajmu suspett ta’ korruzjoni, fl-isfond ta’ dan l-argument Claudette Buttigieg semmiet kif l-opinjoni tar-rapreżentat tal-Awtorita’ għall-Ambjent u r-Riżorsi lanqas biss ġiet ikkunsidrata fis-smiegħ tal-applikazzjoni tat-torrijiet fl-Imrieħel u Tas-Sliema.

Barraminhekk, fl-istess smiegħ ma ġietx ikkunsidrata ukoll l-istudju tal-impatt soċjali jista jkollhom il-binjiet għoljin. Dawn l-azzjonijiet ikomplu jqajjmu suspetti li l-awtorita tal-ippjanar u l-gvern Laburista qegħdin jimxu id f’id.