Lokali

“Il-Gvern Laburista reġa kien ta’ umiljazzjoni lejn Malta bl-iskandli li qed iwettaq” – Simon Busuttil

Il-Gvern Laburista reġa kien ta’ umiljazzjoni lejn Malta bl-iskandli li qed iwettaq tant li l-ex ministru Laburista Leo Brincat kien mistoqsi diversi mistoqsijiet dwarhom fil-grilling tal-Parlamnet Erwopea ghall-ħatra ta’ membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Dan sostnih il-Kap tal-PN Simon Busuttil meta kien qed jitkellem fil-Każin Nazzjonalista ta’ Santa Luċija bi tħejjija għall-festi tal-Indipendenza 2016, li se jsiru Fuq il-Foos tal-Floriana.

Il-Kap tal-PN s-sosna li dan il-grilling kien it-tieni umiljazzjoni għal Malta mwettqa mill-Gvern Laburista. Simon Buusttil sostna li filwaqt li Gvern Nazzjonalista ħadem bil-għaqal biex poġġa isem Malta fost l-aqwa fl-Erwopa u fid-dinja, Gvern Laburista qed jumilja lil Malta billi isem Malta issa hu assoċjat ma’ skandlu wara skandlu.

Fost dawn hemm l-iskandlu tal-Panama Papers li fih il-Prim Ministur Joseph Muscat baqa’ jiddefendi lill-Ministru Konrad Mizzi u għalhekk sar kompliċi miegħu.

Dan l-iskandlu u t-twegibiet tal-ex Ministru Leo Birncat wassal biex dan kien apporvat bi żbrixx; 11-il vot fvaur u 9 kontra. Issa Leo Brncat jrid ikun approvat mill-Parlament Ewroipew.

Simon Busuttil qal li jekk Joseph Muscat jaħseb li jista’ jinganna lill-poplu u jipprova jaħbi l-iskandli, mal-barranin żgur mhux se jirnexxielu; kif wara kollox lanqas qed jirnexxielu mal-poplu Malti.

Skandlu ieħor li tkellem dwaru l-Kap tal-PN kien dak tal-visas mediċi fejn Simon Busuttil sostna li qed jirriżulta li kien hemm rabta bejn persuni mqabbda minn Joseph Muscat u allegazzjonijieta’ kriminalità.

Iżda quddiem dan kollu, sostna Simon Busuttil, il-Prim Ministur reġa’ ma ħa ebda passi anzi l-persuna involuta tħalla jaħdem mal-gvern qisu xejn. Aktar minn hekk, il-persuna li qed jikxef dan l-iskandlu qed jispiċċa mhedded b’ħajtu u b’ħajjet il-familja tiegħu. Dan minflok li l-awtoritajiet jiddefendu lil min qed jikxef dan l-iskandlu.

Simon Busuttil tkellem dwar ir-responsabbiltà tal-Prim Ministur u qla li fil-Kumitat tas-Sigurta, madwar sena ilu, hu kien informa lill-Prim Ministru dwar dan l-iskanldu iżda l-Prim Ministru m’għamel xejn. Il-Kap tal-PN qal li quddiem dan kollu, Joseph Muscat issa qed jigdeb u qed jgħid li ma kinx jaf bil-każ meta kien hu stess li nformah dwaru.

Il-Kap tal-PN sostna li hu kellu obbligu quddiem il-poplu Malti li jgħid li fil-Kumitat tas-Sigurtà, sena ilu, hu kien informa lill-Prim Ministru għaliex kieku m’għamilx hekk kien jiġi kkunsidrata kompliċi miegħu.

Il-Kap tal-PN sostna li dawn huma ċirkostanzi politiċi li jpoġġu responsabbiltà fuq il-PN; responsabbiltà li joffri politika differenti u li jkun lest biex sa massimu ta’ 18-il xahar ieħor ikun lest għall-elezzjoni ġenerali.