Internazzjonali Mużika

70 sena mit-twelid tal-ġgant mużikali Freddie Mercury

Il-ġgant tal-mużika rock Freddie Mercury illum kien jagħlaq 70 sena li kieku ma mietx fl-età ta’ 45 sena fl-1991.

Mercury kien twieled fil-5 ta’ Settembru 1946 fit-Tanżanija, l-Afrika, u għal snin twal iddomina x-xena mużikali bħala l-kantant ewlieni tal-grupp Queen.

Mercury kien il-moħħ wara sensiela ta’ kanzunetti popolari u li matul is-snin laħqu l-quċċati tal-klassifiċi. Fost dawn hemm il-kanzunetta ‘Bohemian Rhapsody’, ‘Crazy Little Thing Called Love’ u ‘We Are the Champions’. Sfortunatament, hu miet f’Novembru tal-1991 minħabba l-marda tal-AIDS.

Imma f’għeluq is-70 anniversarju mit-twelid ta’ Freddie Mercury ma naqsux l-avvenimenti biex ikun onorat. Fl-Isvizzera kien organizzat ‘birthday party’ għal Freddie Mercury, filwaqt li l-Unjoni Internazzjonali Astronomika semmiet asterojde għalih.

L-aħbar li ssemmiet asterjode wara Freddie Mercury ngħatat minn Brian May, il-kitarrist ta’ Queen, li qal li Asterojde 17473 se jkun jisimha ‘Freddiemercury’, ġest li sar biex jirrikonoxxi l-influwenza ta’ Mercury fuq id-dinja.

Din l-asterojde ġienet ġiet skoperta fl-1991, l-istess sena li rat il-mewt ta’ Freddie Mercury, u iex tintlemaħ mid-dinja jrid jintuża teleskopju.

freddie mercury