Il-vapur tal-Migrant Offshore Aid Station (MOAS) illi huwa ibbażat f’pajjiżna lbieraħ salva 123 immigrant fil-baħar Mediterran. Is-salvataġġ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar.
L-operazzjoni kienet parti mill-ħidma li qed tagħmel il-MOAS flimkien ma’ awtoritajiet oħrajn, fosthom Taljani, hekk kif il-Mediterran qed jiffaċja mewġa wara l-oħra ta’ immigranti.
Dawk kollha salvati jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba, filwaqt illi ingħatat l-assistenza mis-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar.
//= $special ?>