L-għaqda Din l-Art Ħelwa qed titlob is-sostenn finanzjarju tan-nies sabiex ikun jista’ jitħallas l-appell li se jsir minnhom kontra l-iżvilupp tat-torrijiet fl-Imrieħel u Tas-Sliema. Dan qed isir b’kampanja apposta li ġiet imnedija din il-ġimgħa, bl-isem “Stop the Greed”.
Din l-Art Ħelwa qed taħdem ma’ entitajiet oħrajn sabiex jinġabru €8,000 li huma meħtieġa għall-appell quddiem l-Awtorita’ tal-Ippjanar.
“Sawn it-torrijiet se jkollhom effett devastanti fuq ix-xenarju ta’ pajjiżna u fuq ħajjitna”, qalet Din l-Art Ħelwa fi stqarrija. L-għaqda qed terġa’ tappella sabiex ikun hemm master plan ħolistiku dwar il-bini għoli.
Id-dettalji kollha dwar din il-kampanja jinsabu fis-sit ta’ Din l-Art Ħelwa :
http://dinlarthelwa.org/Campaigns/StoptheGreed