Internazzjonali

Eletti attivisti żgħażagħ favur id-demokrazija f’Hong Kong

epa05524860 Incumbents Michael Tien (L) and Regina Ip (C) and newcomer lawmaker Eunice Yung (L) of the New People's Party leadership speak at a press conference as they await the final results of the Hong Kong Legislative council elections, Hong Kong, China, 05 September 2016. A delay to the counting was caused by long lines at polling stations due to a larger than expected voter turnout, in Hong Kong's most hotly contested elections since the pro-democracy Occupy Central / Umbrella Movement of 2014. EPA/ALEX HOFFORD

Attivisti favur id-demokrazija rebħu siġġijiet fil-Parlament ta’ Hong Kong. Dan f’elezzjonijiet tal-Ħadd.

L-attivisti jridu awtonomija akbar u ‘bidliet’ fil-mod kif iċ-Ċina qed tiggverna Hong Kong. Iżda filwaqt li kien hemm konkorrenza rekord ta’ votanti fl-elezzjoni (58 fil-mija), is-sostenituri taċ-Ċina se jibqgħu jikkontrollaw il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Parlament jew Kunsill Leġiżlattiv ta’ Hong Kong li fih 70 membru – u minkejja l-wirja tajba tad-‘demokratiċi’.

L-elezzjoni tal-Ħadd kienet l-ewwel waħda f’Hong Kong mill-inkwiet tal-2014, meta z-zoni ċentrali tar-Reġjun Amministrattiv damu ‘paralizzati’ għal ġimgħat minn dimostranti, li kienu jinkludu ħafna żgħażagħ.

Huma biss 35 il-membri eletti direttament mill-kostitwenti. 30 siġġu ieħor, magħrufa bħala ‘kostitwenzi funzjonarji’ jirrappreżentaw professjonijiet jew entitajiet kummerċjali partikulari u huma biss il-persuni b’konnessjoni ma’ dawn il-professjonijiet u entitajiet li jistgħu jivvutaw għar-rappreżentanti speċifiċi tagħhom fuq il-Kunsill.