Lokali

Filmat: Fil-Buskett, l-imħabba bejn kelb u ljun li jaqsmu l-ikel u jilagħqu lil xulxin

F’residenza privata fil-Buskett, fejn jinżammu numru ta’ annimali eżotiċi bil-permess u f’medda ta’ art kbira, nibtet imħabba li ftit li xejn tistenna.

Kelb żgħir (Bernie) u ljun (Maya) saru inseparabbli, tant li saħansitra jaqsmu l-ikel ma’ xulxin, kif jidher f’dan il-filmat, fejn il-kelb idaħħal idu biex jisraq biċċiet tal-laħam li jingħata mis-sidien lill-iljun.

Imma minkejja li jisraqlu l-ikel, ir-relazzjoni ta’ bejniethom hi speċjali, bil-kelb spiss jidher joqrob lejn il-gaġġa fejn jinżamm l-iljun biex jitfissed, b’dan tal-aħħar jilgħaqlu wiċċu.