Ewropa Lokali

IL-GRILLING TA’ LEO BRINCAT Affaċjat b’domandi serji dwar il-Panama Papers

4:01pm
Domandi dwar il-korruzzjoni: saqsewh dwar il-Panama Papers u l-vot tiegħu favur Konrad Mizzi.

Mistoqsi mill-MEP’s dwar l-istandards kbar li wieħed irid iħaddan fl-istituzzjonijiet Ewropej, Leo Brincat deher imbarazzat.

3:52pm
Fid-diskors tiegħu, Leo Brincat tkellem dwar l-importanza ta’ ħidma oġġettiva u indipendenti. Qal illi hu bħala membru fil-Qorti tal-Awdituri se jkun qed imexxi bi trasparenza, lest joffri l-id tad-djalogu maċ-ċittadini u mal-Parlament Ewropew.

Semma’ illi hu kien wieħed mill-fundaturi tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO), u jiddeskrivi lilu innifsu bħala politiku li dejjem emmen fil-governanza tajba.

3:51pm
Leo Brincat ġie imfisser bħala politiku li beda fis-snin 80, li għandu esperjenza fis-settur bankarju, u b’ħidma Ministerjali fi Gvernijiet differenti.

3:50pm
Jibda l-grilling ta’ Leo Brincat.

3:38pm
Wasal biex jintemm il-grilling taċ-Ċiprijott illi diġa’ ilu 6 snin fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

3:22pm
Jibdew il-mistoqsijiet tal-MEPs indirizzati lejn Lazarou.

3:17pm
Il-grilling ta’ Leo Brincat se jsir wara li jispiċċa s-smigħ taċ-Ċiprijott Lazaros S. Lazarou.

3:13pm
L-ewwel smigħ huwa dak tal-kandidat Ċiprijott għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-grilling qed isir quddiem il-Kumitat tal-Budgets fi ħdan il-Parlament Ewropew. Din hija l-ewwel seduta wara l-vaganzi tas-Sajf.

3:09pm
Dalwaqt jibda s-smigħ ta’ Leo Brincat